Il-Case Studies tagħna

Fejn fl-Ewropa tista' ssib id-disa' Case Studies
Fejn fl-Ewropa tista' ssib id-disa' Case Studies

Il-metodi li se jintużaw mill-proġett se jkunu ttestjati f'disa' case studies li jinsabu madwar il-kontinent Ewropew, kemm fl-EU kemm ukoll f'postijiet 'l barra mill-EU. It-tema tal-ekosistema se tgħaqqad il-case studies, għalkemm, naturalment, kull waħda mill-istudji se tkun qed tippreżenta kwistjonijiet speċifiċi u l-qafas li se tuża' biex tindirizzahom. Hemm tlett każijiet fl-oċean fit-Tramuntana-Lvant, tlieta fil-Baħar Adriatiku, wieħed band'oħra fil-Mediterran, wieħed fil-Baħar l-Iswed, u ieħor fil-Baltiku. Dawn jinkludu gżejjer u ambjenti kostali kontinentali.

 

Waqt l-għażla tal-case studies, ikkunsidrajna dawn l-aspetti:

(1) il-biodiversità taż-żona u l-isfidi li jhedduha;

(2) il-komunità li tgħix fiż-żona u l-kuntest kulturali li fih jgħixu;

(3) il-mutur ekonomiku u l-produzzjoni ewlenija; u wkoll

(4) is-sistemi ta' tmexxija li jkunu ġew identifikati.

 

Għall-case studies kollha, ġew magħżula l-partijiet interessati li huma rilevanti għall-fini tal-proġett. Xogħolna se jkun qed jinkludi profili ta' governanza, organizzazzjonijiet li joperaw bla profitt (NGOs), komunitajiet u xjentisti.