Oriġini mill-IUCN

Il-Kunsill tal-Ewropa jospita il-Konvenzjoni ta' Bern ġewwa Strasbourg.
Il-Kunsill tal-Ewropa jospita il-Konvenzjoni ta' Bern ġewwa Strasbourg.

Meta nibdew vjaġġ twil ġdid, nibdew b'passi żgħar. Fl-1948, organizzazzjonijiet favur in-natura u l-gvernijiet tagħhom ħolqu Unjoni Internazzjonali li tirrappreżenta il-Conservazzjoni tan-Natura fi ħdan il-Nażżjonijiet Uniti. IUCN illum tiġbor fi ħdanha 90 gvernijiet u 1350 organizzazzjonijiet oħra li jaħdmu favur in-natura. Matul l-ewwel 40 sena tagħha, IUCN għenet b'mod sħiħ biex jinbdew numru ġmielu ta' ftehim internazzjonali importanti favur l-ambjent, fosthom: dak tal-Konvenzjoni ta' Bern biex jikkonserva speċi u ħabitat fl-Ewropa; il-Konvenzjoni ta' Bonn dwar l-Speċi Migratorji; u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) ta' Rio De Janeiro.

Fl-1997, l-IUCN ħolqot grupp ta' esperti tal-Użu Sostenibbli. Parti minn dan il-grupp kien il-Grupp Ewropew ta' Speċjalisti fuq l-Użu Sostenibbli (ESUG) li kien ibbażat ġewwa Brussell. Billi l-ESUG ried jgħin bosta attivitajiet biex isiru sostenibbli,

 

2022: IPBES u Pro-Coast

It-tnedija ta' l-ewwel Network tal-ESUG fl-Unjoni Ewropea
It-tnedija ta' l-ewwel Network tal-ESUG fl-Unjoni Ewropea

Fl-2022, erba' avvenimenti taw-spinta lill-isforzi tal-ESUG biex jinġiebu nies flimkien għall-ġid tan-natura. Tlieta kienu mmexxija minn IPBES, il-Kumitat Inter-governattiv għal Biodiversità u Servizzi Ekosistemiċi; dan kien inħoloq fl-2010 mis-CBD f'Nagoya. Studju evalwattiv imwettaq minn IPBES kien sab li terz tal-bnedmin kienu għadhom dipendenti fuq l-użu ta' speċi selvaġġi għall-ikel, fjuwil, u għajxien. IPBES bdiet taħdem ukoll fuq żewġ evalwazzjonijiet oħra - waħda dwar kif in-natura, il-klima, l-ikel, l-ilma u s-saħħa tal-bnedmin huma xibka waħda, u oħra dwar kif il-bnedmin jitrasformaw sehemhom fin-natura.

 

Ir-raba' kisba għall-ESUG fis-sena 2022 kienet dik li issottomettiet proposta lill-Kummissjoni Ewropea biex taħdem ma' 19-il imseiħba oħra dwar kif il-bnedmin jistgħu jibdlu is-sehem tagħhom fin-natura, inizjalment fir-reġjuni kostali. L-istudju tagħna huwa msejjes sew fix-xjenza soċjali bl-intenzjoni li tuża "metodi PROattivi biex KOmunitajiet jiġu mgħejuna jixprunaw Trasformazzjoni Spċjali". Dan l-istudju jitratta dwar kif in-nies u organizzazzjonijiet rilevanti jistgħu, bl-aħjar mod possibbli, jaħdmu id f'id għall-benefiċċju tan-natura.