L-inħawi tal-bajja ta' Boka Kotorska f'Montenegro.
Il-proġett Pro-Coast huwa dwar ir-rikkezzi naturali (bio-diversità) fl-ekosistemi tal-kosti Ewropej. Madwar 40% tal-Ewropej jgħixu f'medda ta' 100 kilometru mal-kosta fejn kontinwament qed ikun hemm telfa ta' servizzi naturali li jipprovdu ikel, ilma, saħħa u rikreazzjoni. Telfa bħal din qed tħalli effett kemm fuq xi għajxien u gruppi ta' nies aktar minn oħrajn. Pro-Coast għandu l-għan li jgħin komunitajiet lokali jmantnu u jirkupraw l-għana u servizzi tan-natura madwar l-Ewropa, billi jħeġġeġ l-uża tal-għerf lokali u attivitajiet li jibbenefikaw l-art, il-baħar u l-ispeċi.
L-20 partiċipant tagħna minn 14-il pajjiż ġejjin minn oqsma differenti - xjentisti soċjali, ekoloġisti u esperti tekniċi; ilkoll għandhom verjetà wiesa ħafna ta' ħiliet. Dawn se jaħdmu flimkien biex joħolqu 9 case studies biex jiskopru kif nies lokali jixtiequ jgħinu jirkupraw ekosistemi varji tal-kosti.
Il-bajja Sligo fir-Repubblika tal-Irlanda.
In-nies huma ħaġa waħda man-natura b'modi differenti u kumplessi. Għaldaqstant, sabiex tassew ngħinu lin-natura tirkupra ruħha, jeħtieġ li nsibu modi faċli li l-bdoti tal-bidla jistgħu jużaw biex jixprunaw bidla li tassew tħalli impatt. Pro-Coast se tgħin komunitajiet lokali biex iwettqu deċiżjonijiet għaqlija li jibbenefikaw lin-natura u l-kontribuzzjonijiet tan-natura fuq in nies. Dan se tagħmlu permezz ta' ċikli parteċipattivi ripetuti ta' niddeċiedu-flimkien, inwettqu u nevalwaw. Se nagħmlu dan kollu billi naħdmu direttament ma' ċittadini - proċess ħaj mill-qiegħ 'l fuq, megħjun minn xjenza validissima. Imbagħad, bil-ħidma kollaborattiva ma' proġetti u organizzazzjonijiet oħrajn li lesti li jgħinu, se nkunu f'qagħda li nwessgħu l-metodu billi nħeġġu gvernijiet jipprovdu għajnuna minn fuq 'l isfel.