Sħubija Ewropea
Il-konsorzju Pro-Coast tirrappreżenta grupp tassew inter-dixxiplinarju ta' timijiet ta' riċerkaturi b'kompetenzi qawwija u b'esperjenza vasta. Dawn it-timijiet ġew iffurmati sġeċifikament għall-finijiet tal-proġett. Hemm 20 imsieħba minn 14-il pajjiż differenti, mit-tramuntana sa' nofsinhar u mil-lvant sal-punent tal-Ewropa. Disa' (9) mill-imsieħba se jaħdmu mill-qrib ma' komunitajiet lokali biex iħejju case studies. Kull wieħed mill-imsieħba tal-proġett se jikkontribwixxi għerf speċifiku biex l-għanijiet tal-proġett jintlaħqu sew. Bejniethom, se jgħaqqdu ħiliet u esperjenzi ta' ħidma mill-oqsma tal-psikoloġija, soċjoloġija, ekonomija, marketing, ċertifikazzjoni, ekoloġija, u l-enġinerija tal-modelling u software. Dan kollu hu kruċjali biex jassigura s-suċċess tal-proġett. Pro-Coast jipprovdi wkoll opportunità biex wieħed jaqsam ir-riżultati ta' riċerki u prattiċi tajbin ma' gruppi ewropej ta' riċerka. Dan jassigura sħubiji bejn entitajiet publiċi u privati għat-tisħiħ tal-iStrateġija Ewropea għall-Biodiversità 2030.
Ix-xjenzi soċjali u l-umanitajiet għandhom sehem kruċjali fi ħdan Pro-Coast. Il-qafas kunċettwali applikat fil-Pro Coast jiffoka b'mod sħiħ fuq is-sehem tal-valuri ekonomiċi u soċjali biex jingħeleb it-telf ta' biodiversità. Fil-fatt dawn il-valuri huma l-pedament tax-xjenzi soċjali u umanitajiet.